ARA: Jaħtaf ajruplan u jiġġarraf bih fil-baħar | One News

Notifiki

ARA: Jaħtaf ajruplan u jiġġarraf bih fil-baħar

L-ajruport ta’ Seattle fl-Amerka ngħalaq temporanjament wara li ajruplan tal-passiġieri telaq mingħajr l-awtorizazzjoni tat-torri tal-kontroll.

L-Awtoritajiet Amerikani sostnew li impjegat ta’ kumpanija tal-ajru qabad ajruplan vojt u tajru mingħajr ma rċieva l-permessi meħtieġa.

Uffiċjali imbagħad sostnew li l-ajruplan ġġarraf fil-baħar fejn il-kundizzjoni tal-persuna li tajret l-ajruplan għadha mhiex magħrufa.

L-ajruplan li jesa’ tmienja u sebgħin passiġġier huwa ta’ Alaska Airlines.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend