Omm u bint lura l-Istati Uniti wara li ġew deportati – One News

Notifiki

Omm u bint lura l-Istati Uniti wara li ġew deportati

Imħallef Federali fl-Istati Uniti ordna li omm u bintha jittieħdu lura l-Istati Uniti, wara li dawn ġew deportati meta l-appell tagħhom kien għadu ma ġiex konkluż.

Rapporti ta’ midja internazzjonali kkwotaw lill-Imħallef jgħid ukoll li l-Avukat Ġenerali Jeff Sessions jista’ jinżamm responsabbli għal disprezz lejn il-Qorti dwar din id-deportazzjoni.

L-omm u t-tifla kienu parti minn każ imressaq ’il quddiem mill-American Civil Liberties Union flimkien mas-Centre for Gener and Refugee Studies f’isem tnax-il omm u ulied li qalu li kienu ħarbu mill-vjolenza fiżika u sesswali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend