Mixli li seraq 50 tieqa u sitt bibien | One News

Notifiki

Mixli li seraq 50 tieqa u sitt bibien

Joseph Galea ta’ 28 sena mill-Pietà, wieġeb mhux ħati li jumejn ilu seraq mal-ħamsin tieqa u sitt bibien minn ħanut f’San Ġwann.

Il-ħaddiem ta’ kostruzzjoni, li fil-passat kellu każijiet dwar serq ngħata l-libertà proviżorja fuq numru ta’ kundizzjonijiet.Dan wara li anki l-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest.

L-avukat tal-imputat spjega kif il-klijent tiegħu jrid jikkopera u jixtieq jirranġa ħajtu.

Huwa żied jgħid li l-affarijiet għal klijent tiegħu marru għall-agħar meta ntalab iħallas il-manteniment ta’ wliedu u ma kellux minn fejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend