L-"esperti legali" tat-Times imgiddba mill-avukati | One News

Notifiki

L-“esperti legali” tat-Times imgiddba mill-avukati

Jumejn wara li t-Times of Malta ħarġet rapport qarrieq dwar l-inkjesta Egrant u Jonathan Ferris, sorsi fil-Qorti ġibdulna l-attenzjoni dwar rapport ieħor li jinjora fatti importanti. Din id-darba, fil-mira tal-ġurnalist Jacob Borg hemm l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera u s-sehem tagħha f’numru ta’ kawżi fi stadju ta’ appell.

Skont Jacob Borg, sorsi legali qalu li f’dan il-każ Scerri Herrera kellha tirtira mill-każ għaliex il-Qorti tal-Maġistrati ħatret lill-Perit Robert Musumeci bħala espert meta l-każ kien deċiż fl-ewwel stadju. Għalkemm dan ifisser li ma kinitx Scerri Herrera li għażlet lil Musumeci, meta l-każ tal-appell spiċċa quddiemha, hi ddikjarat li l-espert magħżul mill-ewwel qorti kien is-sieħeb tagħha.

Iżda, l-avukati taż-żewġ partijiet iddikjaraw li f’dan l-istadju ma kellhom ebda problema li Scerri Herrera tisma’ u tiddeċiedi l-appell. Is-sorsi legali li tkellmu magħna qalulna li dan seħħ anke għaliex f’dan il-każ, Musumeci kien espert imqabbad mill-Qorti u mhux f’xi waħda mill-partijiet, u r-rapport tiegħu kien ikkunsidrat mill-Qorti tal-Maġistrati.

Fil-fatt, hemm fl-atti tal-Qorti li l-avukati taż-żewġ naħat qablu li tibqa tmexxi Scerri Herrera.

“Tal-għaġeb kif il-ġurnalist għamel referenza għal dak li qalulu s-sorsi anonimi tiegħu iżda ma sabx ħin jirreferi għal dak li ntqal fil-kawża mill-avukati li jista’ jara isimhom u mhumiex anonimi,” qalu l-esperti legali li ġibdulna l-attenzjoni dwar dan ir-rapport.

Dan ir-rapport kien deskritt bħala wieħed minn sensiela maħsub biex jimmina l-istituzzjonijiet. B’rabta mal-każ inkwistjoni, kien hemm sitt kawżi li f’appell erba’ kienu deċiżi favur naħa u tnejn favur oħra. Xi ħaġa oħra li ma ssirx referenza għaliha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend