Jittieħed l-Isptar bi ġrieħi gravi wara inċident b' jet ski | One News

Notifiki

Jittieħed l-Isptar bi ġrieħi gravi wara inċident b’ jet ski

Sewwieq ta’ jet ski qed jingħata l-kura għal ġrieħi f’daharu wara inċident fil-bajja tal-Għadira.

Jidher li s-sewwieq, li huwa mill-Libja u għandu 26 sena, tilef il-kontroll tal-jet ski kawża ta’ mewġa qawwija, bil-konsegwenza li din waqgħet fuqu.

Uffiċjali tar-Red Cross immobilizzaw lill-vittma fl-ilma qabel ma’ dan ittella’ fuq l-art u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

Huwa qed isofri minn ġrieħi gravi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend