Is-Seabin se jgħin iżomm l-ibħra tagħna nodfa | One News

Notifiki

Is-Seabin se jgħin iżomm l-ibħra tagħna nodfa

Hekk kif tul is-sena madwar 20 miljun tunnellata ta’ skart, ħafna minnu plastik, jintrema l-baħar, qed jittieħdu aktar miżuri sabiex tintrebaħ din il-ġlieda kontra dan it-tniġġis.

Fost dawn il-miżuri hemm il-kontenitur tal-iskart bl-isem Seabin. Għodda li titniżżel fil-baħar u li permezz tagħha jinġibed l-ilma minn taħt. Hekk l-ilma jgħaddi minn filter li fih jiġbor l-iskart li jkun inġibed.

Dan kollu jitħaddem b’pompa elettrika li taħli biss ewro dawl għal 24 siegħa.

F’konferenza għall-aħbarijiet minn “The Seabin Project,” proġett konġunt bejn “Strand Marine” u l-eNGO “Żibel” ġie ntrodott l-ewwel Seabin f’Malta fil-Marina tal-Pietà.

Is-Seabin kiseb popolarità qawwija f’iktar minn 70 pajjiż grazzi għall-effiċjenzà tiegħu. F’sena dan il-kontenitur tal-iskart kapaċi jiġbor fih ħamsin elf flixkun tal-plastic u disgħin elf basket tal-plastic.

Madankollu l-iktar oġġett komuni li jiġbru dawn il-kontenituri huma l-loqom tas-sigaretti.

The Seabin Project ħabbru li l-quddiem ser ikunu qed jagħmlu ġbir ta’ fondi sabiex jkunu jistgħu jinxtraw iktar minn dawn il-kontenituri.

Preżenti għal din il-konferenza il-Ministru għall-Ambjent Hose Herrera tkellem dwar l-importanza ta’ inizjattivi u proġetti ta’ dan it-tip.

Huwa saħaq li l-għan ewlieni sabiex tintrebaħ il-ġlieda kontra t-tniġġis fil-baħar huwa li tkompli titqajjem kuxjenza man-nies fuq dan is-suġġett ambjentali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend