Ara: Il-Pulizija tiċħad li Jonathan Ferris ġie mhedded li se jkun arrestat | One News

Notifiki

Ara: Il-Pulizija tiċħad li Jonathan Ferris ġie mhedded li se jkun arrestat

Il-Pulizija ċaħdet li Jonathan Ferris ġie mhedded li se jkun arrestat.

Fi stqarrija kien spjegat li, b’rabta mat-tlestija tal-inkjesta Egrant, il-Pulizija qed tagħmel għadd ta’ investigazzjonijiet, u Ferris intalab ikun preżenti biex ikun mistoqsi fuq il-każ.

Fl-istqarrija tal-Pulizija ntqal ċar li t-talba saret b’telefonata u Ferris ingħata ċ-ċans li jieħu avukat miegħu għall-interrogazzjoni, iżda l-avukat tal-fiduċja tiegħu kien imsiefer.

Is-Sur Ferris ingħata l-opportunitajiet kollha biex jieħu miegħu avukat ieħor tal-fiduċja tiegħu jew jingħata appuntament ieħor konvenjenti għalih.

Il-Pulizija qalet li fl-ebda ħin, l-investigauturi ma heddew li kien se jiġi arrestat, anzi ngħad li kien hu stess li ssuġġerixxa lill-investigaturi li “jekk inhi daqshekk urġenti, oħorġu mandat u ma nistax ngħidilkom mod ieħor.”

Il-Pulizija fakkret li l-liġi tagħtiha poter biex titlob mandat ta’ arrest minn maġistrat meta jkun hemm raġunijiet biżżejjed skont il-liġi u tali poter m’għandux jitqies bħala theddida meta użat skont il-liġi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend