Il-piloti ta' Ryanair b'azzjoni industrijali – titjira minn sitta mħassra | One News

Notifiki

Il-piloti ta’ Ryanair b’azzjoni industrijali – titjira minn sitta mħassra

Piloti tal-linja tal-ajru Ryanair bdew strike f’ħames pajjiżi Ewropej. Azzjoni li wasslet biex titjira minn kull sitta ta’ din il-kumpanija tal-ajru, titħassar.L-hekk imsejħa 24-hour walk-out issejħet fil-Ġermanja, l-Isvezja, l-Irlanda, il-Belġju u l-Olanda.

Hu mifhum li din l-azzjoni industrijali affettwat mal-ħamsin elf passiġġier, u t-tħassir ta’ 400 titjira.

Din l-azzjoni industrijali hija l-ikbar waħda minn serje dwar kwistjonijiet ta’ kundizzjonijiet u pagi, u l-kumpanija tal-ajru stqarret li qed tagħmel kull sforz biex din is-sitwazzjoni tinstabilha soluzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend