Il-Bank Ċentrali jbassar li t-tkabbir ekonomiku se jkompli – One News

Notifiki

Il-Bank Ċentrali jbassar li t-tkabbir ekonomiku se jkompli

It-tkabbir ekonomiku fi tliet snin li ġejjin mistenni jibqa’ b’saħħtu fit-tliet snin li ġejjin,  fil-livell ta’ bejn 4% u 5%.

Dan sostnieh il-Bank Ċentrali ta’ Malta, li fi stqarrija bassar li t-tkabbir fis-suq tax-xogħol mistenni jistabilizza waqt li l-finanzi pubbliċi mistennija jibqgħu f’bilanċ pożittiv.

Dwar il-qgħad, il-Bank Ċentrali qed jgħid li matul is-sena d-dieħla dan se jibqa’ baxx, bir-rata 4.3%.

Il-Bank Ċentrali sostna li għal din is-sena l-ekonomija f’termini reali għandha tikber b’4.5% ħamsa punt erbgħa fil-mija.

L-analiżi tal-Bank Ċentrali żżid tgħid ukoll li l-finanzi tal-Gvern huma mistennija jibqgħu f’bilanċ pożittiv filwaqt li r-rata tad-dejn imqabbla mal-prodott domestiku gross mistenni li jinżel għal madwar 40% sal-2020.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend