Ċans biex tipproduċi xogħol marbut mal-Karnival fil-Karnival tas-Sajf! | One News

Notifiki

Ċans biex tipproduċi xogħol marbut mal-Karnival fil-Karnival tas-Sajf!

Il-Karnival tas-Sajf se jkun estiż bl-avveniment ‘Hands-On Summer Carnival Experience’. Dan ħabbritu Festivals Malta fi stqarrija, fejn iddeskriviet dan l-avveniment bħala wieħed li se jgħin lill-pubbliku jsir jaf aħjar ix-xogħol artistiku li huwa marbut mal-Karnival, u jkollu ċ-ċans jipproduċi xogħolijiet hu stess marbuta mal-Karnival Malti.

Fost oħrajn se jkun hemm wirjiet ta’ kif tinħadem il-kartapesta, tpinġijiet ta’ maskri, u xogħol fuq it-tafal. Wara kull wirja, dak li jkun se jidħol fiċ-ċans li jipproduċi xogħol hu stess marbut mat-tradizzjoni tal-Karnival ta’ Malta.

Dan kollu se jsir fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn nhar il-Ħadd 12 u t-Tnejn 13 ta’ Awwissu mis-7:30pm ’il quddiem.

Il-Karnival tas-sajf se jsir l-Ġimgħa u s-Sibt 17 u 18 ta’ Awwissu f’Buġibba u l-Ħadd 19 ta’ Awwissu f’Wied il-Għajn, kif ukoll fl-Imġarr, Għawdex nhar is-Sibt 1 ta’ Settembru, 2018.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend