ARA: Nar tal-art fi Sqallija mill-każin 12th May – One News

Notifiki

ARA: Nar tal-art fi Sqallija mill-każin 12th May

Il-Każin 12th May f’Ħaż-Żebbuġ ħa jkun qed itella ħarqa ta’ nar mekanizzata f’Agira fi Sqallija.

Dan wara invit mill-istess kommunita fi Sqallija li xtaqu li jkollhom dan ix-xogħol ta’ nar lejliet il-festa tagħhom. Dan tħabbar il-Ħadd filgħodu fis-sala ‘Agira’ fl-istess każin, isem li juri r-rabta b’saħħitha li teżisti frott hekk kif dan il-ġemellaġġ.

Mariella Mizzi, il-President tal-każin, spjegat kif din hija l-ewwel darba li kamra tan-nar Maltija se ttella’ l-ħadma tan-nar barra minn Malta:

“Din hija inizjattiva li se ssir l-ewwel darba minn kamra tan-nar Żebbuġija barra minn Malta. ser nitilgħu b’ħarqa tan-nar mekkanizzata, ser tinħaraq nhar is-sibt fil-ħdax t’awwissu lejliet il-festa ta’ san filep ta’ agira. għaliex aħna ħaż-żebbuġ ġemelati ma’ agira. nitilgħu regolarment ġifieri għalina l algerini huma ħutna pero din id-darba ħsibna li bħala għaqda tan-nar 12 ta’ mejju intellgħu din il-ħarqa.”

 

One News tkellem ukoll ma’ Stephen Cutajar, id-delegat tan-nar, li qal li għal bidu kienu inċerti fuq jekk dan il-proġett jistax isir minħabba problemi ta’ logistika li setgħu jkunu ta’ problema:

 

“Qalulna li xtaqu huma li bħalma nagħmlu aħna ħarqa ta’ nar tal-art lejliet il-festa ta’ san filep nagħmlu ħarqa lilhom lejliet il-festa tagħhom. għal bidu aħna qisu bżajna għax din kienet xi ħaġa li qatt ma saret minn kmamar ta’ nar oħra u bżajna li la qatt ma saret forsi ma tistax issir.  kienet sfida differenti, differenti ħafna mill-mod kif narmaw hawnhekk għax hawnhekk għandna pjazza li mgħamra għal dan ix-xogħol”.

 

Stephen kompla jispjega kif minkejja l-isfidi li kellhom kien hemm qbil sabiex inħadmu ħames biċċiet ġodda għal Sqallija f’minjatura għax-xogħol li jsir lejliet il-festa ta’ San Filep f’Ħaż-Żebbuġ stess.

 

“Hemmhekk kellna naħdmu struttura ‘l fuq minn l-art biex inkunu nistgħu nwaqqfu dan in-nar tal-art hemmhekk. Kellna nagħżlu l-qisien li nagħmlu għax eżempju hawnhekk nagħmlu biċċiet li huma l-fuq minn 40 pied, imma hemmhekk peress li ‘l fuq minn l-art, ma stajnix nagħmlu dak il-kobor u allura, kellna nagħżlu l-biċċiet li nagħżlu l-qisin partikolari biex dejjem jibqa’ sigur ix-xogħol”.

 

Intant, din il-ħarqa tan-nar ħa tkun qed issir fil-11 t’Awwissu, lejliet il-festa ta’ San Filep f’Agira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend