Valletta Cup: Kompetizzjoni tat-Table Football għat-timijiet Beltin | One News

Notifiki

Valletta Cup: Kompetizzjoni tat-Table Football għat-timijiet Beltin

Il-ġimgħa l-oħra ġiet imnedija l-kompetizzjoni Valletta Cup li ser tkun kompetizzjoni oħra regolari għat-Table Football.  Din il-kompetizzjoni ġiet ġentilment sponsorjata mill-kunsillier tal-Belt Valletta Ray Azzopardi.  Din il-kompetizzjoni ser tkun kompetizzjoni individwali bejn il-plejers ta’ żewġ klabbs beltin.

Il-kunsillier Ray Azzopardi għamel il-preżentazzjoni tat-tazza ‘Valletta Cup’ liż-żewġ presidenti tal-klabbs Valletta Subbuteo Club u Valletta Lions TFC.  Il-preżentazzjoni saret ġewwa ‘Café Teatro’ fil-belt Valletta biż-żewġ presidenti tal-klabbs Felix Rizzo u Joe Zammit Pavia juru l-apprezzament għal din l-inizzjativa mill-kunsillier Ray Azzopardi.

Azzopardi qal li l-ħsieb tiegħu wara din l-inizzjattiva hu li jgħin l-għaqdiet beltin filwaqt li jinkoraġixxi liż-żagħżagħ jipparteċipaw f’dan l-isport u dejjem iżommu l-bogħod mill-vizzji.

Huwa ħabbar li din il-kompetizzjoni ser tkun qed issir darbtejn fis-sena.  Id-dati tal-kompetizzjoni ser ikunu is-6 ta’Ottubru 2018 u fi 13 ta’ April 2019.  Din il-kompetizzjoni ser tkun qed fil-Belt stess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend