ARA: Pierre Portelli msejjaħ mill-pulizija | One News

Notifiki

ARA: Pierre Portelli msejjaħ mill-pulizija

Jirriżulta li riżultat tal-inkjesta Egrant issejjaħ ukoll quddiem il-pulizija Pierre Portelli, l-id il-leminija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u l-bniedem li kellu fil-pussess tiegħu d-dokumenti foloz.

Mhux magħruf għaliex issejjaħ Portelli iżda li ntalab imur id-depot mill-pulizija żvelah Delia nnifsu meta mistoqsi dwar Jonathan Ferris. Dan għax Adrian Delia kien mistoqsi kif ma qal xejn dwar Ferris u Delia qal li wieħed irid jara wkoll għaliex issejjaħ.

Kien hawn li ammetta li fost il-persuni msejħa kien hemm ukoll Portelli wieħed mill-protagonisti tal-gidba fuq il-Prim Ministru u familtu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend