Nikkommetti ruħi li nisma' l-bżonnijiet tal-familji Maltin – Leonid McKay | One News

Notifiki

Nikkommetti ruħi li nisma’ l-bżonnijiet tal-familji Maltin – Leonid McKay

Dan se jkun wieħed mill-oġġettivi tiegħi bħala kap eżekuttiv tal-awtorita tad-djar li mhux biss nirrikonoxxu dawn ir-realtajiet ta’ familji f’Malta, iżda wkoll nkunu sensittivi lejn il-bżonnijet tagħhom u hawn nikkommetti ruħi li se nkunu qed nisimgħu dawn il-bżonnijiet u nieħdu miżuri f’dan ir-rigward.

Hekk iddeskriva l-missjoni tiegħu bħala kap eżekuttiv ġdid fi ħdan l-Awtorità tad-Djar Leonid McKay li fl-aħħar jiem ħa post Stephen McCarty.

Tul il-jum tal-Ħamis, is-Sur Mckay ltaqà ma’ kull wieħed u waħda mill-130 impjegat fi ħdan din l-Awtorità fejn kellu l-opportunità li jismà dwar l-irwol tagħhom fil-ħidma ta’ kuljum.

F’intervistà li ta lil ONE News is-Sur McKay stqarr li l-mira tiegħu hi li l-Awtorità tad-Djar ma tkunx biss il-post li jiprovdi l-akkomodazzjoni soċjali, iżda struttura ħolistika b’relevanza għall-bżonnijiet kollha moderni tal-llum.

Bla dubju hemm diversi skemi li diġà l-awtorità tad-djar tagħti iżda bla dubju l-awtorità ma tridx tkun biss għalkemm hija ħidma ċentrali li tiprovdi l-akkomodazzjoni soċjali għall-persuni li huma eliġibbli għaliha, imma wkoll timraħ għall-faxex oħrajn li wkoll qiegħdin f’sitwazzjonijiet partikolari. Dan hu dak li rridu nfissru b’awtorità relevanti li tifhem il-bżonnijiet tal-lum.

Meta mistoqsi dwar il-liġi tal-kera is-Sur McKay stqarr li qed iħares il-quddiem lejn liġi li tilħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-inkwilin u dawk tas-sidien.

Naħseb li wieħed mhux biss irid iħares lejn l-istabbilità u l-protezzjoni tal-inkwilin imma anke wkoll il-protezzjoni tas-sidien. Naħseb dan huwa bilanċ li rridu nħarsu għalih b’mod totali bħala white paper.

Intant is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, is-Sur Rodrick Galdes stqarr li din il-bidla fit-tmexxija tirrifletti l-prinċipji ta’ dan il-Gvern li dejjem poġġa fuq quddiem l-għajnuna soċjali għal dawk li huma f’qagħda vulnerabli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend