Multa jekk tisirqilhom ir-ramel minn fuq il-bajja | One News

Notifiki

Multa jekk tisirqilhom ir-ramel minn fuq il-bajja

F’ Sardenja tista’ teħel multa sa €3,000 jekk tinqabad tisraq ir-ramel minn fuq il-kosta tal-gżira. L-aħħar rikordju ta’ dan mill-Pulizija kien ta’ raġel ta’ 40 sena minn Napli li nstabulu fliexken sħaħ ta’ ramel fil-bagalja tiegħu. 

Il-Pulizija kellha diversi f’każijiet dan is-Sajf, minn inħawi differenti tal-pajjiż. Is-sena l-oħra, iktar minn 200kg ramel inqabdu mill-ajruport ta’ Alghero biss.

Għalhekk, il-pulizija qed tkun iktar stretta waqt il-proċes ta’ tfittxija fl-ajruporti.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend