Mara bi ġrieħi gravi wara li intlaqtet minn vettura fiż-Żejtun | One News

Notifiki

Mara bi ġrieħi gravi wara li intlaqtet minn vettura fiż-Żejtun

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li sfat milquta minn vettura fi Triq Luqa Boffa fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ fis-12.45 meta l-mara, ta’ 33 sena minn Marsaskala intlaqtet minn vettura tat-tip Isuzu Elf misjuqa minn raġel ta’ 28 sena miż-Żejtun. Il-vittma ttieħdet mill-ewwel l-Isptar għall-kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend