Iħallina Lino Fardell – statwarju miż-Żejtun | One News

Notifiki

Iħallina Lino Fardell – statwarju miż-Żejtun

Tħabbret il-mewt ta’ Lino Fardell miż-Żejtun li kien statwarju tradizzjonali ta’ statwi ħelwin tal-festi u anke tal-Ġimgħa l-Kbira. Kien ukoll jagħmel il-presepji bi stil differenti.

Fardell kien magħruf għall-passjoni li kien jitfa’ f’xogħolu kif ukoll għall-għarfien kulturali tiegħu. Lino tgħallem ma’ Nazzareno Gauci magħruf bħala d-Diżma.

Iċ-ċelebrazzjoni għal ruħu se ssir nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Awwissu fl-16.30 fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Il-Familja Fardell tixtieq li jintbagħtu għotjiet lill-Fondazzjoni Nazareth li kienet tant għal qalbu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend