Floriana FC jirbħu l-Pre-season tournament organizzat minn Mosta FC | One News

Notifiki

Floriana FC jirbħu l-Pre-season tournament organizzat minn Mosta FC

Floriana FC rebħu d-Dimbros Mosta pre-season tournament li ġie organizzat fl-aħħar jiem.  F’dan it-tournament ħadu sehem sitt timijiet mill-Kampjonat Premier.

It-timijiet parteċipanti kienu Floriana FC, Mosta FC, Pieta Hotspurs, Tarxien Rainbows, Senglea Athletics u Balzan FC.

Floriana FC irreġistraw tlett rebħiet, draw u telfa f’ħames logħbiet biex kisbu total ta’ 10 punti.  Huma kienu segwiti minn Mosta u Pieta b’8 punti, Tarxien b’7 punti, Senglea b’6 punti u Balzan b’3 punti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend