Deportazzjoni għal omm tifla t'għaxar xhur | One News

Notifiki

Deportazzjoni għal omm tifla t’għaxar xhur

Omm ta’ tarbija t’għaxar xhur li kienet qed tgħix Malta illegalment ġiet ikkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn hekk kif il-Qorti ordnat li tiġi deportata.

Jana Majstorovic, Serba ta’ sebgħa u għoxrin sena, ammettiet l-akkużi miġjuba kontrieha quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke.

Il-mara rritornat u welldet Malta wara li kienet diġa ddeportata fil-passat wara li kienet tgħix Malta illegalment.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend