ARA: 379,338 karozza liċenzjata sal-aħħar ta' Ġunju | One News

ARA: 379,338 karozza liċenzjata sal-aħħar ta’ Ġunju

Sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ dis-sena, l-ammont ta’ vetturi liċenzjati kien 379,338. Dan ifisser żieda ta’ 3.8% meta mqabbla mat-tieni kwart tal-2017. Ċifri maħruġa mill-NSO juru li 78.1% ta’ dawn il-vetturi kienu karozzi tal-passiġġieri, 13.6% vetturi kummerċjali, 7.2% muturi, quadricylces u ATVs, filwaqt li karozzi tal-linja u minibuses ammontaw għal inqas minn 1%.

Huwa stmat li fit-tieni kwart, l-ammont ta’ vetturi liċenzjati żdied b’medja ta’ 47 vettura kuljum.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend