Żieda qawwija fil-prezz tal-gass fir-Renju Unit | One News

Notifiki

Żieda qawwija fil-prezz tal-gass fir-Renju Unit

Għat-tieni darba din is-sena, il-kumpanija Ingliża British Gas se tkun qed tgħolli t-tariffi tal-kontijiet tal-gass. Aktar minn 3.5 tliet miljun klijent mistennija jaraw żieda ta’ madwar £44 fil-kontijiet tagħhom. Żieda li ħafna qed iqisuha inġusta hekk kif mistennija tħalli eluf kbar ibatu l-kesħa fis-skiet ta’ darhom.

Il-provvista tal-gass fir-residenzi Ingliżi hija importanti ħafna speċjalment fix-xhur kesħin tax-xitwa fejn bilfors ikollhom jinxtegħlu l-boilers li jaħdmu bil-gass sabiex jissaħħnu d-djar.

Fi Frar li għadda, Intelligent Health stmat li kienu mietu madwar aktar minn 33,000 ruħ fl-Ingilterra kawża ta’ kundizzjonijiet mediċi li setgħu żviluppaw kawża tal-kesħa qawwija. Dawn il-figuri qajjmu agħa fost il-poplu Britanniku b’ħafna saħqu lill-Gvern ta’ Theresa May sabiex jintervjeni u jnaqqas il-faqar għal dan ir-riżors tant importanti.

Esperti soċjali fir-Renju Unit qed jgħidu fuel poverty qed twassal għal aktar imwiet minn aċċidenti tat-traffiku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend