AĠĠORNAT: Jeħlisha ħafif wara nirien f'ħanut f'Tas-Sliema | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Jeħlisha ħafif wara nirien f’ħanut f’Tas-Sliema

Ħaddiem ħelisha ħafif wara li kien fil-ħanut li nħakem minn nirien f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:00 fi Pjazza Sant’Anna. 

Sorsi fuq il-post qalu ma’ ONE News li n-nar beda fuq ġewwa tal-kċina u mexa għal fejn hemm iċ-ċilindri tal-gass. Jidher li l-ħaddiem, Tork ta’ 37 sena minn San Pawl il-Baħar, ipprova jitfi n-nar meta fuq idejh waqa’ xi plastik li kien qed idub.

Fuq il-post assistew żewġ uffiċjali u tmien pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija.

Fortunatament hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend