Laboratorji f'Malta b'opportunità għal rikonoxximent internazzjonali | One News

Notifiki

Laboratorji f’Malta b’opportunità għal rikonoxximent internazzjonali

Il-laboratorji f’Malta ser ikollhom l-opportunità li jingħataw ċertifikat ta’ rikonoxximent għax-xogħol li jkunu qegħdin jagħmlu permezz tal-akkreditazzjoni internazzjonali ISO li tinvolvi l-organizazzjoni internazzjonali għall-istandards fil-laboratorji. 

Dan ser iseħħ wara li ġie fi tmiemu taħriġ ta’ jumejn organizzat minn Network tal-Laboratorji f’Malta, li ffoka fuq l-istandard prinċipali użat mil-Laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni. Il-kors sar fil-Life Sciences Park f’San Ġwann.

Fi tmiem dan it-taħriġ ta’ jumejn, l-Awtorità dwar il-Mediċini implimentat b’suċċess miżura tal-Baġit 2018 li s twassal biex il-laboratorji f’Malta jimplimentaw sistema ta’ kwalità li ttejjeb il-kompetenza teknika, biex b’hekk tipproduċi riżultati validi b’mod konsistenti.

L-akkreditazzjoni ISO, se tgħin biex jitnaqqas ir-riskju billi jkun aċċertat li l-laboratorji huma teknikament kompetenti u jkollhom fis-seħħ sistema ta’ kwalità tajba u li tevita ttestjar mill-ġdid u duplikazzjoni ta’ sforzi.

Preżenti għal tmiem dan it-taħriġ ta’ jumejn kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur Deo Debattista li qal li permezz tal-akkreditazzjoni ISO, il-laboratorji qed jikkommettu ruħhom biex ikunu aġġornati mal-aħħar żviluppi li qed iseħħu f’dan il-qasam, bil-għan li joffru l-aħjar servizz lill-pubbliku.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend