Jekk tuża ritratt minn fuq l-internet trid tistaqsi għall-permess tal-fotografu | One News

Notifiki

Jekk tuża ritratt minn fuq l-internet trid tistaqsi għall-permess tal-fotografu

Dawk li jagħmlu użu mill-internet issa jridu jistaqsu għall-permess tal-fotografu qabel jippubblikaw ir-ritratt, anke jekk ir-ritratti jkunu aċċessibbli onlajn, dan skont il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. 

Il-Qorti kienet mitluba tiddeċiedi dwar każ fil-Ġermanja, fejn student fi skola sekondarja niżżel ritratt mill-internet u uża dan ir-ritratt li kien aċċessibbli b’xejn fuq sit tal-ivvjaġġar għal proġett tal-iskola. Liema ritratt aktar tard kien ippubblikat wkoll fuq is-sit tal-iskola.

Il-fotografu li ħa r-ritratt ilmenta dwar l-użu tar-ritratt min-naħa tal-iskola fejn qal li kient qed jiksru l-liġi tal-copyright dan hekk kif hu ta l-permess biss lis-sit tal-ivvjaġġar biex jagħmlu użu minnu, u qed ifittixhom għad-danni ta’ €400.

Wara li qieset kollox, il-Qorti ddeċidiet favur il-fotografu fejn qalet li skont id-Direttiva tal-Copyright tal-Unjoni Ewropea, l-iskola missha talbet permess qabel ippubblikat ir-ritratt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend