FILMAT: Pulizija fi Florida jsalvaw tarbija li bdiet tifga f'chicken nugget | One News

Notifiki

FILMAT: Pulizija fi Florida jsalvaw tarbija li bdiet tifga f’chicken nugget

Żewġ Pulizija fi Florida qed jiġu meqjusa bħala erok wara li salvaw il-ħajja ta’ tarbija li kienet qed tifga f’chicken nugget.

Filmat meħud minn kameras tas-sigurtà qabdu l-mument xokkanti li seħħ ftit sekondi wara li omm it-tarbija indunat li bintha Lucia kienet qed tifga. 

Wara żewġ gidmiet, it-tarbija ta’ 14-il xahar bdiet tibdel il-kuluri u ħarset lejn ommha b’għajnejn miftuħin b’ħarsa li qed tibża’.

L-omm mill-ewwel ħarġet lill-bintha minn postja u bdiet tagħtiha d-daqqiet fuq darha, proprju kif ġiet mgħallma, iżda kawża tax-xokk li kellha fuqha ma bdietx tagħti biżżejjed bis-saħħa.

Kien hemm li bdiet tgħajjat għall-għajnuna u żewġ Pulizija rrispondew għas-sejħa fejn ħadu lil Lucia f’idejhom u fi ftit ħin beżqet iċ-chicken nugget li weħlitilha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend