€90,000 fondi għall-Moviment ta' Kana | One News

Notifiki

€90,000 fondi għall-Moviment ta’ Kana

Iffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Moviment ta’ Kana fejn din ser tibbenefika minn €90,000 f’fondi li ser jingħatawlhom fit-tlett snin illi ġejjin bil-għan li tkompli ssaħħaħ l-operat u s-servizzi tagħha b’mod partikolari fil-counselling.Dan il-ftehim li ser jibqa’ fis-seħħ sal-2020, ser iwassal sabiex ta’ kull sena l-Fondazzjoni tirċievi s-somma ta’ €30,000  fejn bihom ser tkompli tkun ta’ appoġġ u għajnuna għall-koppji fosthom f’servizzi ta’ counselling u psikoloġija kif ukoll terapija għall-familja.

 

Preżenti għal dan il-ftehim kien hemm il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali Michael Falzon fejn fisser il-ftehim li ġie ssiġillat bejn il-Gvern u l-Moviment ta’ Kana bħala wieħed li ser jgħin fit-tisħiħ tal-familji kif ukoll ser ikomplu jgħinu fit-tisħiħ tas-servizzi fil-komunita’ fl-aqwa interess tas-soċjeta’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend