Courtois mistenni jsir goalkeepr ta' Real Madrid nhar il-Ħamis | One News

Notifiki

Courtois mistenni jsir goalkeepr ta’ Real Madrid nhar il-Ħamis

Real Madrid mistennija li jiffirmaw lil goalkeeper ta’ Chelsea Thibaut Courtois fis-sighat li ġejjin għas-somma ta’ 35 miljun lira sterlina. Il-goalkeeper internazzjonali tal-Belġju rrifjuta li jirritorna għal pre-season ma’ Chelsea fit-tentattiv li jisforza t-trasferiment tiegħu mal-ġganti Spanjoli; azzjoni li wasslet lil Chelsea jimmultawh ġimgħatejn paga. Il-goalkeeper ta’ 26 sena mistenni li jiffirma kuntratt ta’ sitt snin maċ-Champions Ewropej.

Intant Chelsea, qabel ma kkonkludew it-trasferiment tal-Belġjan, għamlu ċert li jakkwistaw is-servizzi tal-goalkeeper ta’ Athletic Bilboa Kepa Arrizabalaga li għalih ser ikunu qed iħallsu somma rekord 72 miljun lira sterlina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend