"Bżonn ta' reviżjoni fil-liġijiet ta' kif joperaw il-karozzini" – Clint Camilleri | One News

Notifiki

“Bżonn ta’ reviżjoni fil-liġijiet ta’ kif joperaw il-karozzini” – Clint Camilleri

“Hemm bżonn ta’ reviżjoni fil-liġijiet ta’ kif joperaw il-karozzini.”

Hekk sostna s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri fid-dawl tal-każ li seħħ illum waranofsinhar fil-Furjana meta żiemel miet fuq il-post waqt li kien qed iġorr it-turisti bil-karozzin. 

F’messaġġ fuq Facebook, Camilleri esprima d-dispjaċir tiegħu għall-inċident fejn ordna lill-veterinarju u lill-uffiċjali mid-Dipartiment -a-Ħarsien tal-Annimali biex imorru fuq il-post u minnufih jassistu u jiddeterminaw il-fatti preċiżi ta’ x’wassal għal dan l-inċident.

Hu spjega kif se jkun qed isegwi mill-qrib sabiex b’mof ħolistiku jitnaqqsu bl-aktar mod possibbli inċidenti ta’ din in-natura.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend