ARA: Żieda ta' 4% fl-inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol | One News

Notifiki

ARA: Żieda ta’ 4% fl-inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol

In-numru ta’ inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel sitt xhur tas-sena żdiedu b’sittin, jew kważi erbgħa fil-mija, meta mqabla mal-istess perjodu fl-2017.

B’xorti tajba, fl-ewwel nofs tal-elfejn u tmintax kien irrappurtat inċident fatali wieħed fuq il-post tax-xogħol. L-istess numru meta mqabbel mal-istess xhur tal-elfejn u sbatax.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li elf, sitt mija u tlieta u ħamsin persuna kienu involuti f’inċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju li għaddew.

Il-maġġoranza ta’ dawn, iġifieri ħmistax fil-mija, seħħew fis-settur tal-manifattura, segwieti mill-kostruzzjoni, transport u ħażna.

Meta mqabbla mal-istess perjodu fl-elfejn u sbatax, in-numru ta’ inċidenti naqsu bi tnejn u għoxrin f’attivitajiet ta’ saħħa umana u ħidma soċjali, filwaqt li żdiedu b’erbgħa u tletin f’attivitajiet amministrattivi u servizzi t’ appoġġ.

L-ikbar ammont ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel sitt xhur tal-elfejn u tmintax involvew persuni f’karigi elementari, segwieti minn ħaddiema fis-snajja.

Ftit iktar min-nofs tal-persuni li weġġgħu f’dawn l-iniċdenti kellhom bejn ħamsa u għoxrin u erbgħa u erbgħin sena.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li kważi sitta u erbgħin fil-mija tal-feriti affetwaw il-parti ta’ fuq tal-ġisem, bħas-swaba u l-idejn. Feriti żgħar, żlugar, tfekkik u strapazz kienu l-iktar feriti komuni.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend