Żewġ barranin ġodda ma' Hibernians FC | One News

Notifiki

Żewġ barranin ġodda ma’ Hibernians FC

Kif ħabbar ilbieraħ is-Segretarju ta’ Hibernians FC Stephen Abela waqt il-program L-Argument Ikompli, it-tim minn Raħal Ġdid iffirmaw lil Nemanja Radojevic u Taylon Nicolas Correa Marcolino.

Rdojevic huwa Serb ta’ 26 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali. Fil-karriera tiegħu dejjem lagħab fis-Sebja fosthom ma’ Zvezdara Beograd, Graficar Beograd u Sumadija Arandjelovac.

Il-Brażiljan Taylon huwa attakant u twieled fl-1995. Din se tkun l-ewwel esperjenza għal dan il-player barra pajjiżu.  Taylon kien l-awtur ta’ diversi goals matul il-logħob ta’ ħbieberija li t-tim ta’ Hibernians kellu f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Hibernians FC mistennija li jiffirmaw aktar plejers barranin fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend