Vjaġġa lejn Malta b'passaport falz | One News

Notifiki

Vjaġġa lejn Malta b’passaport falz

Albaniż ta’ 30 sena ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li vjaġġa lejn Malta b’passaport falz.

Julian Rama tressaq il-Qorti wara li ġie arrestat fil-5 ta’ Awissu.

Huwa qal lill-Pulizija li vvjaġġa lejn l-Italja b’passaport Albaniż, iżda fl-Italja u kiseb passaport falz minn hemm. Qal li raġuni ewlenija għaliex ġie Malta kienet biex isiefer lejn ir-Renju Unit.

L-Albaniż ingħata sentenza ta’ tmintax-il xahar ħabs sospizi għall-erba snin.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend