Ritratt tal-gradwazzjoni b'differenza…ma' kukkudrill! | One News

Notifiki

Ritratt tal-gradwazzjoni b’differenza…ma’ kukkudrill!

Studenta Universitarja li se tiggradwa fl-Istudji Ambjentali minn Università f’Texas din il-ġimgħa assigurat li r-ritratti tal-gradwazzjoni jkunu speċjali. Għall-okkażjoni, Makenzie Noland ta’ 21 sena, ippużat ma’ kukkudrill ta’erba’ metri.

It-tfajla kienet qed tipparteċipa f’ programm ta’ studju u ħidma f’ċentru li fih jgħixu madwar 450 kukkudrilli u rettili oħra.

Big Tex, il-protagonist l-ieħor f’dan il-famuż ritratt tal-gradwazzjoni, kien addottat miċ-ċentru fl-2016, u donnu ffjorixxiet ħbiberija speċjali bejnu u bejn l-istudenta.

Tant hu hekk, li t-tfajla ddeskrivietu bħala wieħed mill-ikbar ħbieb tagħha!

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend