Parti mill-ajruport ta' Frankfurt jiġi evakwat | One News

Notifiki

Parti mill-ajruport ta’ Frankfurt jiġi evakwat

 

Parti mill-ajruport ta’ Frankfurt fil-Ġermanja ġie evakwat wara li familja Franċiża ta’ erbgħa għaddiet miż-żona tas-sigurta’ mingħajr ma saru l-kontrolli tas-sigurtà fuqha.

Numru ta’ titjiriet li kienu se jitilqu twaqqfu minnufih sakemm ġiet ikkontrollata s-sitwazzjoni.

Minnufih wara l-parti magħluqa tal-ajruport reġgħet infetħet u t-titjiriet komplew b’mod normali.

Hu mifhum li numru ta’ titjiriet ittardjaw hekk kif dan l-ajruport huwa wieħed mill-aktar ajruporti maħnuqa bin-nies, speċjalment issa fl-istaġun tas-Sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend