Karol Aquilina joħroġ jattakka l-inkjesta Bugeja – One News

Notifiki

Karol Aquilina joħroġ jattakka l-inkjesta Bugeja

Id-deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, ħareġ jattakka l-inkjesta tal-Maġistrat Aron Bugeja. Fuq newsbook kiteb li din l- inkjesta m’għandha qatt tittieħed bħala bibbja.

“Ma ngħamlux l-iżball li nieħdu l-inkjesta bħala verità mill-bibbja,” kiteb Aquilina għax skont hu fl-inkjesta ta’ 1,500 paġna li semgħet madwar 500 xhud hemm xhieda u dokumenti li l-Maġistrat falla milli jiskopri jew jiddentifika.

Saħansitra Karol Aquilina qal li f’pajjiż ċivilizzat terġa’ tinfetaħ l-inkjesta. “Ma nkunx qed nistaqsi ħafna jekk nistenna li terġa’ tinfetaħ l-inkjesta fl-ispirtu tal-verità u l-ġustizzja,” qal Karol Aquilina li mbagħad infexx jattakka lill-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija għax skont hu dawn qegħdin hemm biex jgħoġbu u jipproteġu lill-Prim Ministru.

L-inkjesta Egrant kienet lesta wara 15 –il xahar ta’ investigazzjoni li marret f’numru ta’ pajjiżi, qabdet esperti barranin u stħarrġet fuq li stħarrġet l-allegazzjonijiet li kien hemm fil-konfront tal-Prim Ministru u ta’ martu.

Osservaturi legali u opinjonisti laqgħu din l-inkjesta bħala waħda serja u saħansitra l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li Simon Busuttil kellu jerfa’ r-responsabbiltà wara dak li nstab. Għalkemm imbagħad kellu jċedi għall-pressjoni tal-establishment nazzjonalista u rtira mid-deċiżjoni tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend