Emma Muscat ma' Rita Ora u Martin Garrix f'Summer Daze | One News

Notifiki

Emma Muscat ma’ Rita Ora u Martin Garrix f’Summer Daze

Emma Muscat se tkun waħda mill-kantanti li se joffru spettklu waqt il-festival Summer Daze.

Emma se tkun qed tkanta fl-istess kunċert ma’ Rita Ora u Martin Garrix, nhar l-14 ta’ Awwissu. Fil-15 ta’ Awwissu, Roger Sanchez se jkun fost l-ismijiet kbar li se jkunu hawn Malta għall-istess festival, organizzat mill-MTA.

Kull min jixtieq jattendi Summer Daze għandu jaċċessa s-sit www.summerdazemalta.com u jikseb biljetti b’xejn.

Il-festival jitqassam kif ġej:

14 ta’ Awwissu: il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, 17:00 – 01:00
14 ta’ Awwissu: After-party f’Uno Village, 23:00 – 04:00
15 ta’ Awwissu: Café Del Mar, 19:30 – 02:00

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend