Atturi u kantanti kontra Trump | One News

Notifiki

Atturi u kantanti kontra Trump

Grupp ta’ atturi minn Broadway, inkluż il-kantanta Rosie O’Donnell, inagħqdu f’Lafayette Park f’Washington il-bieraħ fi protesta ta’ mużika kontra l-President Amerikan Donald Trump. Dan bħala parti minn #KremlinAnnex, serja ta’ protesti kontra Trump li bdew fis-16 ta’ Lulju bħala tweġiba għal-laqgħa mal-President Russu Vladimir Putin.

It-Tnejn, iktar minn 60 kantant u attur ħarsu lil hinn mill-palk ta’ Broadway biex isemmgħu leħinhom, u  ipparteċipaw f’din il-protesta. Dawn għajru lil Trump giddieb, u żammew sinjali ta’ ‘treason’ quddiem il-White House.

Madanakollu ma kienx hemm rapporti ta’ vjolenza waqt id-dimostrazzjoni, u l-kelliema appellaw lill-pubbliku biex joħorġu jsemmgħu leħinhom fit-toroq, u mhux fuq il-midja soċjali biss.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend