ARA: Tidħol fl-ispiżeriji Maltin il-Kannabis Mediċinali – One News

Notifiki

ARA: Tidħol fl-ispiżeriji Maltin il-Kannabis Mediċinali

Il-kannabis għall-iskop mediċinali ser tkun disponibbli għall-pubbliku Malti u Għawdxi mill-ispiżeriji liċenzjati minn din il-ġimgħa stess- permezz tal-mediċina Bedrocan.

Dan ftit tal-ġimgħat biss wara li l-Gvern approva l-użu tal-mediċina tal-kannabis li ser isservi ta’ trattament terapewtiku għal numru ta’ pazjenti b’mard kroniku kif ukoll li qegħdin jgħaddu minn xi forma ta’ tbatijiet waqt li qegħdin jirċievu l-kimoterapija jew kawża tar-raġġi li jintużaw sabiex tiġi kkurata l-marda tal-kanċer.

L-Ispiżjara Elisa Mckenna qalet ma’ ONE NEWs li l-għan wara din il-mediċina huwa li ittaffi mill-uġigħ u l-pazjent se jkun jista’ jagħmel użu minnha, f’kaz li din tkun l-aħħar alternattiva għalih wara li l-kors tal-mediċini bħal pinnoli fost l-oħrajn ma jkunux ħadmu.

Qal li l-kannabis għall-iskop mediċinali ma tinxtarax kif ġie u laħaq iżda hemm protokoll li jrid jiġi segwi.

Jiġifieri t-tabib min se jikteb il-medical cannabis għandu l-proċeduri u japplika għalik u mbagħad jekk is-sup. of public health jaċċetta ikollok il-permess imbagħad bih tista’ tmur l-ispizerija u tixtra l-medical cannabis.

L-ispiżjara spjegat li l-kannabis mediċinali li hija magħmula mill-pjanta stess tista tiġi kkunsmata mill-pazjent permezz ta’ żewġ metodi.

Dan jiġi in flowers- cannabis flowers jismu floss- jistgħu jagħmlu te jixorbu t-te darba jew darbtejn jew jagħmlu vaporiser- jieħdu n-nifs il-ġewwa darba jew darbtejn. Kullħadd differenti imma jħossu l-effett mal-ewwel within 15 minutes.

Minkejja li din il-mediċina ser tkun qed tgħin pazjenti morda bil-kanċer, din m’għandha qatt tiġi meqjusa bħala alternattiva ta’ fejqan għal dan il-mard kroniku.

Il-prodotturi ta’ Bedrocan ilhom jikkultivaw kannabis għall-iskop mediċinali għal aktar minn għoxrin sena u huma meqjusa bħala l-aktar manifatturi esperjenzati f’dan il-qasam fl-Ewropa.

Din l-alternattiva fil-mediċina hija ħolma li saret realtà għal ħafna pazjenti li kawża tal-mard kroniku tagħhom kienu qegħdin jesperjenzaw tbatijiet żejda.

Kien biss fl-aħħar xhur li għall-ewwel darba f’Malta, il-Gvern għadda liġi dwar l-użu tal-kannabis mediċinali fejn ftit tax-xhur biss wara li daħlet fis-seħħ, din il-mediċina daħlet fl-ispiżeriji Maltin u ser tkun qiegħda ttaffi mit-tbatijiet li jgħaddu minnhom ta’ kuljum pazjenti b’mard kroniku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend