ARA: Rekord ta' 10 fjamingi fir-riserva tal-Għadira | One News

Notifiki

ARA: Rekord ta’ 10 fjamingi fir-riserva tal-Għadira

Qatgħa ta’ 10 fjamingi għada ser ikunu jistgħu jitgawdew mill-pubbliku fir-riserva naturali tal-Għadira.

Għalkemm ir-riservi bħalissa jinsabu magħluqin għall-btajjel tas-sajf, minħabba linteress qawwi mill-pubbliku inġenerali fil-miġja ta’ dawn l-għasafar, BirdLife Malta se tkun qed tiftaħ ir-Riserva Naturali tal-Għadira għada bejn it-8:00 u l-11:00 biex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi dan l-ispettaklu uniku.

Id-dħul fir-riserva se jkun b’xejn u m’hemm l-ebda ħtieġa li wieħed jibbukkja. Titilfux din l-okkażjoni li taraw il-ġmiel tan-natura daqshekk mill-viċin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend