Abyssus Abyssum Invocat – One News

Notifiki

Abyssus Abyssum Invocat

Min jibda jagħżaq fil-ħama,  aktar jegħreq fil-ħama.  Jien ma ninkwetax ruħi li avukati bħal Karol Aquilina jippruvaw ikomplu jagħżqu fuq il-ħama,  għax ikunu huma li aktar jgħoddsu fiha.

 

Kif tista’ tistenna li nies li waqgħu waħda għaż-żufjett,  quddiem il-poplu kollu,  tant li Dr Adrian Delia stqarr li l-PN tilef kull kredibilità,  ma jippruvawx minn kollox.   Karol Aquilina m’għandux kredibilità aktar minn ħaddieħor.

 

Issa se jitilqu fuq it-teorija li tinfetaħ inkjesta oħra !   Hawn jidher il-qerq u n-nuqqas ta’ kredibiltà. Ifisser li jridu maġistrat ieħor biex jeżamina l-fatti.  Mela addio dik il-fiduċja kollha f’Dr Aaron Bugeja.  Tinsewx li Simon Busuttil kien għamel talba oħra għall-inkjesta quddiem l-istess maġistrat,  u qallu li jista’ jkompli jekk irid,  imma jrid imur quddiem maħistrat ieħor.

 

Issa legalment ma tistax tinfetaħ inkjesta oħra gdida. Kieku ma kienx laħaq għamel ir-rapport,  u l-maġistrat sar imħallef,  allura kien iħalli l-inkjesta warajh u jidħol maġistrat ieħor u jkompli l-inkjesta.  Imma mhux għax ikun hemm Manwel Delia,  li fil-post li qiegħed wieħed forsi jkun ittentat li jgħid li għandu l-ispirazzjoni mis-smewwiet, u jgħid li l-inkjesta għandha ssir mill-ġdid.

 

U din l-ispirazzjoni tista’ tkun ukoll għand Karol Aquilina.  Kollox hu possibbli.  Daqs kemm kien possibbli li Karol Aquilina,  li waddab kandidatura fuq tas-Sliema,  jitla’ minn tas-Sliema,  minkejja li kien ilu jagħżaq fuq is-Siġġiewi.  Kollox hu possibli.

 

Karol Aquilina, Simon, Manwel Delia u bosta bosta oħrajn aktar ma jaqbżu fuq il-ħama aktar jinżlu fiha.

 

U r-riħa ta’ drenaġġ verament qed tikber.

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend