FILMAT: L-isplużjoni fl-Italja twaqqa’ parti minn pont – 2 mejta u 55 midruba – One News

Notifiki

FILMAT: L-isplużjoni fl-Italja twaqqa’ parti minn pont – 2 mejta u 55 midruba

 

Minn tal-inqas żewġ persuni tilfu ħajjithom u ‘l fuq minn 55 persuna ndarbu fi splużjoni kbira seħħet qrib ajruport f’Bologna fl-Italja wara li vettura li kienet qed iġġorr materjal li jieħu n-nar kienet involuta f’inċident ma’ vetturi oħra. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12:50 fil-bypass ta’ Borgo Panigale meta għal xi raġuni vettura li kienet qed iġġorr materjal li jieħu n-nar, kellu impatt ma’ vetturi oħra bil-konsegwenza li l-vettura spiċċat ħuġġieġa u minn hemm seħħet splużjoni kbira li setgħet tintlemaħ minn mili ‘l bogħod.

Fuq il-post issejħu membri mid-dipartiment tat-tifi tan-nar sabiex jikkontrollaw in-nirien b’ambulanzi u kif ukoll ħelikopters issejħu fuq il-post għall-assistenza.

Fost il-ħsarat li ġew kkawżati fuq numru ta’ vetturi oħra, parti minn pont ċeda fuq karozzi li kienu taħtu u kif ukoll inkissru xi twieqi ta’ residenzi fil-viċinanzi.

S’issa għadha mhix ikkonfermata n-numru ta’ persuni midruba hekk kif hu maħsub li n-numru mistenni jiżdied.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend