Miżuri drastiċi biex jipproteġu il-bajd tal-fkieren fil-Ġnejna – One News

Notifiki

Miżuri drastiċi biex jipproteġu il-bajd tal-fkieren fil-Ġnejna

Wara x-xita li għamlet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-ERA u Nature Trust Malta qed jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jissalvagwardjaw il-bajd tal-fkieren fil-Ġnejna. Dan wata li ttieħed kull sforz biex jinżammu l-kundizzjonijiet xierqa għall-bajd tal-fkieren u t-tfaqqis tagħhom.

Xkejjer tar-ramel ġew imqiegħda madwar l-bejta biex jipproteġu ir-ramel milli jinġarr fiż-żona protetta. L-ilma tax-xita li żviluppa jista’ jesponi l-bejta, u għalhekk ittieħdu l-miżuri xierqa biex dan ma jiġrix.

Filwaqt li qed jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun hemm suċċess ta’ tfaqqis tal-bajd, ta’ min jinnota li l-kwistjoni ewlenija fiż-żona tal-Bajja tal-Ġnejna hija li s-saff ta’ fuq tar-ramel għandu saff ta’ tafal taħtu. Dan is-saff għandu t-tendenza li jżomm l-ilma u b’hekk inaqqas l-ammont ta’ arja li l-fkieren fil-bejta jeħtieġu biex jieħdu n-nifs u jiżviluppaw kif suppost. Lura fl-2012, seħħet maltempata tas-sajf simili, li wasslet biex ma faqqsux il-bajd fil-bejta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend