Messias viċin li jingħaqad ma' Nadur Youngsters | One News

Notifiki

Messias viċin li jingħaqad ma’ Nadur Youngsters

One Sport jinsab infurmat li l-midfielder offensiv Yuri de Jesus Messias jinsab viċin li jingħaqad mat-tim ta’ Nadur Youngsters fl-ewwel diviżjoni f’Għawdex.  Il-Brażiljan ta’ 26 sena kellu staġun mill-aqwa ma’ Naxxar Lions matul l-2017 / 2018  u saħansitra ġibed l-interess ta’ uħud mill-aqwa timijiet f’pajjiżna fosthom iċ-Champions Valletta FC li fil-bidu ta’ dan is-sajf xtaqqu li jiffirmaw lil plejer.

Madankollu minkejja li kien intlaħaq ftehim biex Messias jilgħab għal Valletta FC, il-plejer fl-aħħar ħinijiet kien iddeċieda li jirritona jilgħab f’pajjiżu iżda anke hemmhekk l-affarijiet ma marrux kif xtaq.

Sorsi viċin One Sport qalulna li Messias mistenni li jiffirma ma’ Nadur Youngsters fis-sigħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend