Ħabs wara li seraq karozza u rritornaha | One News

Notifiki

Ħabs wara li seraq karozza u rritornaha

Andrew Depascuale, minn Naxxar weħel tmintax-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq karozza u li kiser il-kondizzjonijiet tal-probation.

Il-ħati li huwa accountant ta’ tletin sena u jbati mill-vizzju tad-droga kien akkużat li seraq karozza minn Triq Testaferrata f’Ta’ Xbiex u li kiser il-kundizzjonijiet tal-probation imposti fuqu mill-qorti wara  każijiet preċedenti. 

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depascuale, semgħet kif ir-raġel seraq il-karozza biex imbgħad reġa irritornaha.  Għalhekk l-akkużat ingħata sentenza ta’ sitt xhur priġunerija għas-serqa u tnax il-xahar talli kien riċediv.

Il-maġistrat wissa’ lill-akkużat li seta’ tah sentenza ta’ sbatax-il sena priġunerija skond il-liġi, madankollu huwa għażel li jagħtih l-opportunità li jirranġa ħajtu.  Il-maġistrat qallu li l-akkużat studja u rnexxa fil-passat u għandu iktar x’joffri.  Għalhekk ma jridx jarah fl-istat li qiegħed fih.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend