Flus li ġabar minn festin f'għeluq sninu marru għand Puttinu Cares | One News

Notifiki

Flus li ġabar minn festin f’għeluq sninu marru għand Puttinu Cares

Klejofa Agius, ġuvni li x-xahar li għadda għalaq 32 sena, għażel li jiċċelebra għeluq sninu b’mod li jgħin lil dawk li minħabba l-mard ma jistgħux jiċċelebraw bħalu.

Minn festin li organizza biex jiċċelebra l-jum speċjali tiegħu, inġabru €665.70. Flus li marru għand Puttinu Cares.

Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li attendew, appella biex ħaddieħor jimxi bl-eżempju bil-għan li dawk inqas vulnerabbli jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn biex ifiequ u jingħataw ċans li bħalu jgawdu l-ħajja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend