Christian Formosa u Marie Claire Aquilina Champions fil-Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċikliżmu | One News

Notifiki

Christian Formosa u Marie Claire Aquilina Champions fil-Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċikliżmu

Ftit tal-jiem ilu għadu kif intemm il-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn Christian Formosa ta’ The Cyclist iddefenda b’success it-titlu ta’ Champion Nazzjonali li huwa kien akkwista ghall-ewwel darba s-sena l-ohra. Huwa tella total ta’ 510 punt, miksuba minn rebħa f’San Pawl u u t-tielet post f’San Martin u Tal-Maqluba. Fit-tieni post b’total ta’ 495 punt, ikklassifika ghal darb’ohra ħuħ, Maurice Formosa, membru tal-istess klubb ta’ The Cyclist CC b’495 punt. Fit-tielet post spiċċa Alexander Pettett ta’ Pro Action – Volata CT b’total ta’ 470 punt.

Bħala Champion Feminili ittrijonfat Marie Claire Aquilina tat-Team Greens fejn ikkonfermat l-istaġun ferm tajjeb tagħha. Hija  spiċċat l-ewwel b’total massimu ta’ 600 punt. Dawn il-punti kienu akkwistati minn rebiet f’San Pawl, San Martin u f’tal-Maqluba. Fit-tieni post b’485 punt spiuccat sehbieta Michelle Vella Wood Stephanie Alden (Team Greens). Marion Pullicino ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċat it-tielet b’total ta’ 315 punt.

Is-suċċessi għal The Cyclist komplew meta huma rebħu anke il-Kampjonat tal-Juniors fejn hawn ħareġ rebbieħ Isaac Spiteri li kiseb punti massimi ta’ 600 punt bi tliet rebhiet. It-tieni post spicca  Gianluca Camilleri ta’ B’Kara St.Joseph SC b’490 punt, filwaqt li t-tielet spiċċa Nicholas Vella ta’ Agones SFC b’155 punt.

Fil-Kategorija tal-Master 40+ hareg rebbieh Malcolm Cachia ta’ The Cyclist b’555 punt miksuba minn zewg rebhiet f’San Poawl u San Martin u t-tielet post f’Tal-Maqluba. Hames punti warajh spicca l-ex-champion Ivan Zammit ta’ Birkirkara St Joseph SC, filwaqt li fit-tielet pozizjoni spicca Mario Attard tat-Team Greens b’450 punt.

Il-Kampjonat tal-Masters 50+ ra suċċess għal Mark Schembri ċiklista ta’ Mosta AF Sign Studio CC li spicca f’ras il-kjlassifika b’massimu ta’ 600 punt. Warajh spiccaw Steve Mifsud ukoll ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’505 punt u Joseph Micallef  ta’ The Cyclist bi 330 punt.

Il-Kampjonat tat-tfal ta’ taħt il-16 il-sena, intrebah minn Sean Enriquez ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’550 punt miksuba minn rebha f’Tal Maqluba u t-tieni post F’San Pawl u f’San Martin. Mika Zammit ta’ Agones SFDC spicca t-tieni bi 330 punt, filwaqt li fit-tielet pozizjoni spiccaw flimkien zewg ciklisti ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’200 punt kull wiehed.

Christina Spiteri ta’ The Cyclist kisbet tliet rebħiet biex spiċċat champion taż-żgħar tal-Bniet ta’ taht l-14 sena b’total massimu ta’ 600 punt. Fiz-zewg pozizjonijiet ta’ wara  spiċċaw Justine De Giorgio u Bettina Falzon it-tnejn ta’ Mosta AF Sign Studio CC b’525 u 310 punt rispettivament.

Matthew Galea Pirotta ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa l-ewwel fil-kategorija tas-Subien ta’ taht l-14 il-sena b’total massimu ta’ 600 punt, segwit minn żewġ ċiklisti oħra tal-istess klubb Mosti, Luke Joseph Camilleri u Nathan Zammit rispettivament b’470 u b’435 punt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend