Carer sospiż minn xogħolu f'San Vinċenz wara allegat każ t'abbuż | One News

Notifiki

Carer sospiż minn xogħolu f’San Vinċenz wara allegat każ t’abbuż

Carer li jaħdem f’ San Vinċenz de Paule ġie sospiż mix-xogħol wara allegat każ ta’ abbuż fuq anzjan.

L-amministrazzjoni ta’ San Vinċenz de Paule wara ġiet infurmata li anzjan kien referut l-isptar Mater Dei b’rabta mal-allegat.L-amministrazzjoni bdiet bl-investigazzjonijiet minnufih u rreferiet dan il-każ għand il-pulizija. Fl-istess waqt il-ħaddiem ġie sospiż mill-post tax-xogħol sakemm tintemm din l-investigazzjoni, li issa tinsab f’idejn il-pulizija.

 L-entità tħaddan regoli stretti fuq każijiet t’abbuż u ħadet il-passi kollha meħtieġa bħalma tagħmel dejjem f’każijiet ta’ dan it-tip biex tħares is-sigurtà tar-residenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend