11-il tifel u tifla salvati mid-deżert f'New Mexico | One News

Notifiki

11-il tifel u tifla salvati mid-deżert f’New Mexico

Pulizija f’New Mexico salvaw 11-il tifel u tifla li kienu qed ibatu l-ġuħ fid-deżert. It-tfal kollha għandhom bejn is-sena u l-15-il sena. 

Il-Pulizija wettqu din l-operazzjoni tas-salvataġġ wara li rċivew messaġġ li qal li hemm nies ibatu l-ġuħ u li għandhom bżonn l-ikel u l-ilma. Sa issa ma hemm ebda indikazzjoni ta’ kif dan il-grupp ta’ tfal spiċċaw fid-deżert.

Pulizija li kienu fuq il-post qalu li qatt fil-karriera tagħhom ma raw xi ħaġa daqshekk xokkanti. Spjegaw li ma kienx hemm riserva tal-ilma nadifa fl-inħawi, u l-unika sors ta’ ikel kien ftit patata u pakkett ross.

It-tfal qed jinżammu minn servizzi lokali għall-kura u l-għajnuna, u żewġt irġiel ġew arrestati mill-Pulizija b’rabta mal-każ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend