Isibulu 121 qartas suspettata droga kokaina f'Għawdex – Ġuvni arrestat | One News

Notifiki

Isibulu 121 qartas suspettata droga kokaina f’Għawdex – Ġuvni arrestat

Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet biex fil-lejl li għadda, f’post tad-divertiment f’Għawdex, ġie arrestat żagħżugħ ta’ 28 sena li joqgħod iż-Żebbuġ.

Dan wara li nstabu 121 qartas kontenenti trab abjad suspettata kokaina.

Fuq il-persuna tiegħu u fir-residenza tiegħu nstabu wkoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bis-sejba u ordnat inkjesta, fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-invetsigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, biż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend