Żagħżugħ ta’ 21 sena l-isptar wara ġlieda b’arma bil-ponta f’Birżebbuga – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 21 sena l-isptar wara ġlieda b’arma bil-ponta f’Birżebbuga

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Birżebbuga ddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li sofra xi ġrieħi f’Birżebbuġa.

Dan wara li fis-14.15 tal-Ħadd wara nofsinhar, inqala argument bejn grupp ta’ nies fi Triq Birżebbuġa.

Skont informazzjoni li ngħatat mill-Pulizija, irriżulta li waqt dan l-argument intużat arma bil-ponta u taqta’.

B’rabta ma’ dal-każ, il-Pulizija qed iżżomm raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa sabiex jgħinha fl-investigazzjonijiet.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend