ARA: Nar tal-art fi Sqallija mill-Każin 12th May | One News

Notifiki

ARA: Nar tal-art fi Sqallija mill-Każin 12th May

Il-Każin 12th May f’Ħaż-Żebbug ha jkunu qed itellgħu ħarqa ta’ nar mekanizzata f’Agira fi Sqallija. Dan tħabbar aktar kmieni dalgħodu fis-sala Agira ġewwa l-istess każin hekk kif dan il-post għandu sinifikat speċjali għaż-Żebbuġin tant li hemm ukoll ġemellaġġ bejn iż-żewġt irħula.

Id-deputat tan-nar Stephen Cutajar spjega kif il-ħidma għal din l-inzjattiva ilha li bdiet minn tmiem il-festa tal-2017 hekk kif kien hemm ċertu sfidi li riedu jaħsbu ghalihom fosthom il-karateristiċi tal-post fejn kien ħa jinħaraq in-nar kif ukoll id-daqs tan-nar tal-art li kellu jkun f’forma iżgħar.

Intant, din hija l-ewwel darba li kamra tan-nar Żebbuġija ħa tkun qed tagħmel dan ix-xogħol barra minn xtutna. Din il-ħarqa tan-nar ħa tkun qed issir lejliet il-festa ta’ San Filep fil-11 t’Awwissu f’Agira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend